IL-QAWWA TAL-KOMMITTMENT

“Study and be eager and do your utmost to present yourself to God approved (tested by trial), a workman who has no cause to be ashamed, correctly analyzing and accurately dividing [rightly handling and skillfully teaching] the Word of Truth.” 2 Timothy 2:15

“I solemnly charge you in the presence of God and of Christ Jesus, who is to judge the living and the dead, and by His appearing and His kingdom: Preach the word; be ready in season and out of season; reprove, rebuke, exhort, with great patience and instruction. For the time will come when they will not endure sound doctrine; but wanting to have their ears tickled, they will accumulate for themselves teachers in accordance to their own desires, and will turn away their ears from the truth and will turn aside to myths.” 2 Timothy 3:1-4

F'l-esperjenza tiegħi nista ngħid li l-ħajja Kristjana nistgħu nikkomperawa ma karozza. X'irrid infisser b'dan? Nigħdu aħna, inti tista jkollok karozza sabiħa minn barra imma jekk ma jkollokx magna xorta ma tistax taħdem. Jekk ma' jkolliex "stearing' xorta ma' tistax issuq. Jekk ikollok stereo qawwi u magna kbira pero mingħajr roti, xorta waħda l-karozza ma` tista' tmur imkien! Il-ħajja tal-Kristjan hija pjuttost similari ħafna. Tista tkun taf il-Bibbja blamment. Tista jkollok fidi kbira u forsi tħobb taqra ħafna l-Bibbja imma jekk karatteristika partikolari tonqoslok li hija parti sustanzjali fil-karattru t'Alla “ il-Kristjan se jkollu xi ħaġa importanti nieqsa fil-ħajja tiegħu/tagħha.

Ħafna Kristjani li jkunu ġew salvati u li jkunu saru mwielda mill-ġdid permezz ta' Ġesu Kristu, xorta sfortunatament jibqgħu jigħxu ħajja ta' tellifin, meta l-verita hija li dawn ġew imsejjħa biex jigħxu ħajja ta' rebbieħa u viitorjużi f'din il-ħajja permezz ta' Ġesu Kristu. Infatti għalkemm ħafna Kristjani huma mberkin, itgħallmu kif jimxu bil-fidI u kif jitolbu sew anke kif jaħfru (u hekk għandu jkun), ta' spiss issibilhom ingredjent importanti nieqes. Alla jigħdilna fil-Kelma tiegħu li aħna rridu nkuna nixbħu lilhu, nimitawħ u nagħmlu dak li jigħidilna Hu bil-mod kif irid Hu stess.

Kunu, mela, tixbhu lil Alla, bħala wlied maħbuba, u imxu fl-imħabba, bħalma Kristu wkoll ħabb lilna u ta lilu nnifsu għalina...Efesin 5:1-2

Alla mhux biss iħobb imma iħobb dejjem. Alla huwa dejjem tajjeb, dejjem fidil, dejjem jaħfer u dejjem irid jigħnna u dejjem lest li jeħlisna u jersaq lejna.

 Għax aħna nimxu bil-fidi u mhux b'dak li naraw (jew bil-ħass)...2 Korintin 5:7

Il-bniedem ġust (il-kristjan) jigħx bil-fidi...Galatin 3:11-12

IL-FIDI DEJJEM TAQBEL MA' DAK LI JGĦID ALLA. JEKK ALLA QALA, L-OPINJONI TIEGĦI MA TISWA XEJN!

F'l-esperjenza tiegħi l-aktar ħaġa li sibt ta' kumbattiment jew challenge fil-mixja Kristjana, ma' kinitx l-imħabba u l-fidi, jew il-maħfra jew li naqra l-Bibbja u nitlob. L-iktar ħaġa li kienet ta' battalja f'ħajti kienet li nibqa konsistenti u fidil. Li nibqa kommitted! Hemm bżonn li aħna nifmhu minn issa li minn mindu int dawwart ħajtek biex tkun Kristjan ta' veru (u anke minn mindu twelidt f'din id-dinja) l-pjan tax-xitan baqa l-istess u ma' nbidilx. Hu jrid jeqirdek, joqtlok jew iweġġgħek, u jekk ma jirnexxilu jikseb dan immedjatament, umbagħad jipprova biex bill-mod il-mod jaqtalek qalbek biex iċċedi waħdek. Ix-xitan jaf li Alla għandu pjan sabiħ għalik, u għalhekk il-pjan tiegħu hu li jaqbad miegħek, biex jieħdok miegħu fejn sa jispiċċa hu, l-Infern! Hu kapaċi jistenna għax jaf li-żmien tiegħek fuq din id-dinja huwa limitat u jipprova jaqbdek xi darba jew oħra. Dan ma jirnexxix ovjament u speċjalment meta inti tagħmel kommitment li int ħa tibqa fidil mal-Mulej sa l-aħħar ta' ħajtek u qatt iktar ma tħares lura. Ibqa sod billi tkompli tikber fuq il-Kelma t'Alla u l-wegħdiet Tiegħu!

Għalhekk aqdbu l-armatura kollha t'Alla, biex tkunu tifilħu żżommu fil-jum il-ħażin (li jum jew ieħor dejjem jasal) u wara li tkunu għamiltu kollox, tibqgħu weqfin. Kunu mela weqfin...Efesin 6:13-14

Ieqaf kontra x-xitan u ibqa dejjem sod/a fil-fidi tiegħek fi Kristu u dejjem tara l-vittorja. Jekk inti tiddeċidi mil-bidu, minn issa, tiskopri li jekk tkun kommitted ma tantx ikollok għalfejn tiġġieled ħafna, għax jekk ix-xitan jarak li inti m'intix wieħed li taqta qalbek malajr, mela ikollu jaqta qalbu hu u jitlaq l"hemm...għalmenu għal xi żmien, sa kemm jerġa jiġi. (Ara Luqa 4:13) Ix-xitan ra ħafna Kristjani jibdew il-mixja tagħhom b'żelu u eċitament kbir ma' Ġesu, iżda ħafna minnhom spiċċaw fin-nassa tiegħu u belaħħhom u rnexxilu jwaqqaħħhom u llum minflok ma' Kristu, qiegħdin l-infern għax ma' baqgħhux fidili sa l-aħħar mal-Mulej. (Ara 1 Korintin 9:24-29, Apokalissi 3:21)

Kemm-il darba intom iżżommu sħah fil-fidi; sodi bla ma titħarrku mit-tama ta' l-Evanġelju li intom smajtu...Kolossin 1:23

Issaporti mela t-tbatijiet, bħala suldat tajjeb ta' Ġesu Kristu. Ebda wieħed minn dawk li jmorru għall-gwerra ma jindaħal fil-ħwejjeġ ta' dil-ħajja; biex joġgħob lil min għażlu biex ikun suldat...2 Timotju 2:3-4

Tqabad it-taqbida tal-fidi, aqbad il-ħajja ta' dejjem, li għaliha int wkoll imsejjaħ, u stqarrejt l-istqarrija sabiħa quddiem ħafna xhud...1 Timotju 6:12-13

Alla sejħilna biex nagħmlu diversi affarijiet bħala dixxilpi li nimxu wara Kristu. X'inhuma l-kwalitajiet ta' Kristjan iddedikat/ kommitted ma' Kristu? Mil-iskritturi li għandna innota mill-inqas tlett affarijiet li juru "kommitment' jew impenn.

Dawn huma:

1. Li għandna nżommu sħaħ fil-fidi u nibqgħu sodi bla ma nitħarrku.

2. Issaporti it-tbatijiet bħala suldat ta' Kristu u la tiżvijjax billi tinqabad fi ħwejjeġ ta' din id-dinja. (Ara Kolossin 3:1-3)

3. Dak kollu li Alla tagħak u li wegħdek li hemm lest għalik fil-Ġenna, aqbad miegħu sew u ibqa fidil sa l-aħħar. (Ara wkoll 2 Ġwanni 1:8, Apokalissi 3:11) Il-Mulej sejħilna biex inroddu l-frott għalih! (Ara Galatin 5:16-22, Luqa 3:8) Pero bħall kull siġra jew fergħa biex nagħmlu l-frott irridu nibqgħu imwaħħlin mad-dielja u mħawwlin tajjeb fl-art li Hu jkun ħawwilna (iġifieri: fellowship-Għaqda-Komunita) u mhux maqtugħin għal rasna! (Ara Ġwanni 15:1-10)

Il-bniedem ġust bħall palma jħaddar, bħal ċedru tal-Libanu jikber. Imħawwlin f'dar il-Mulej iħaddru fil-btieħi tat-tempju ta'Alla tagħna. Sa fi xjuħithom il-frott jagħmlu, kollhom ħajja u ħdura, biex ixandru li Ġust Hu Il-Mulej, Blata tiegħi, u ebda qerq ma'jinsab fih... Psalm 92:13-15

Ibqgħu fija, u jiena nibqa fikom. Kif il-fergħa ma' tistax tagħmel frott minnha nfisha jekk ma' tibqax fid-dilja, hekk anqas intom jekk ma' tibqgħux fija. Jiena id-Dilja, intom il-friegħi. Min jibqa fija u jiena fih, dan jagħmel ħafna frott; għax mingħajri ma tistgħu tagħmlu xejn. Jekk wieħed ma' jibqax fija, jintrema barra bħal fergħa u jinxef; umbagħad, friegħi bħal dawn jiġbruhom u jixħtuhom fin-nar u jinħarqu. Jekk tibgħu fija u kliemi jibqa' fikom, itolbu kull ma' tridu, u jingħatalkom...Ara Ġwanni 15:4-17

Int bħala Kristjan ta' veru (il-ġust fi Kristu - 2 Korintin 5:17) tista' tassew tkabbar il-frott f'ħajjtek skond l-iskritturi li għandna billi:

1.Tkun imħawell sew f'post ta' fellowship - komunita fejn tkun tista tassew tikber u timmatura spiritwalment fi Kristu billi tixxierek ma" ħutek fi Kristu u tinbena fil-fidI tiegħek minn tagħlim pur minn fuq il-Bibbja. Dan għandu jkun post fejn Alla poġġik biex immature, biex tkun ta barka għal hutek l-oħrajn u fejn inti se tiġi mbierek ukoll apparti li ma nistax ma nsemmux li ħa tiġi wkoll iċċalenġjat fil-ħajja tiegħek biex iktar jifforma fik ix-xbieha ta' Kristu.

2. Tibqa f'xirka ta' relazzjoni intima u personali mal-Mulej, jum wara jum fit-talb u l-qari tal-Bibbja.

Mela, dawk li jbatu skond ir-rieda ta' Alla għandhom iħallu ruħhom f'idejn il-ħallieq tagħhom, li Hu ta' Kelmtu u jibqgħu jagħmlu it-tajjeb...1 Pietru 4:19

Meta nħarsu lejn Rumani 9, Mattew 24-25 u skritturi oħra, nindunaw li Alla tagħna kmand biex nibqgħu fidili f'ċertu oqsma bħall:

1. I-Talb;
2. Qari tal-Bibbja;
3. Inxandru lil Ġesu ma l-oħrajn;
4. Ngħinu lil proxxmu;
5. Naħfru malajr;
6. Nagħmlu ħin biex nisimgħu lil oħrajn;
7. Inkunu generuzi bi flusna fix-xogħol tal-Mulej;
8. Nattendu l-Fellowship/ għaqda;
9. Agħti daqqa t'id - ta' għajnuna - fil-grupp fejn Alla poġġiek;
10. Aħseb fuq xi ħaġa ta' natura personali li tista' taħdem fuqha;

Immarka minn 1 sa 10 f'xiex tħossok li għandek l-iktar "area' li għandek bżonn taħdem fuqha

Ħu ħsieb l-ministeru li ħadt fil-Mulej, u qis li tagħmlu sewwa...Kolossin 4:17

Il-bniedem ġust jigħx bil-fidi: imma jekk wieħed jerġa lura, RuħI ma' titgħaxxaqx bih. Imma aħna m'aħniex minn dawk li jerġgħu lura għat-telfin: imma minn dawk li jemmnu għas-salvazzjoni tar-ruh...Lhud 10:38-39

Qallu Sidu: "Sewwa qaddej tajjeb u fidil; int kont fidil fil-ftit, u jien sa nafdak fuq ħafna; idħol fil-hena ta' Sidek...Mattew 25:21

"I have fought a good fight, I have finished my course, I have kept the faith"

2 Timothy 4:7

Address

River of Love Christian Fellowship, Gondolier, Tarxien Road, Għaxaq, GXQ 2902, Malta, (EU)

Phone

Mobile: +356 9923 9132
Phone: +356 2748 3748

E-mail

info@riveroflovemalta.org

Proclaiming A Living Christ To A Hurting World!

© Copyright 2025 - River Of Love Christian Fellowship - All Rights Reserved

We use cookies to give you the best experience. Read our cookie policy.