GĦAL ĦBIEB MILL-KNISJA KATTOLIKA TA' RUMA - L-EWWEL PAPA?

L-Appostlu Pietru kellu parti prominenti fl-ewwel knisja. Ftit wara li abbanduna x-xogħol tiegħu ta' sajjied biex jimxi wara Kristu Ġesu, hu sar sajjied tal-bnedmin. Ħafna mill-priedki tiegħu qegħdin immiżla fil-Ktieb ta' l-Atti ta' l-Appostli, kif ukoll f'żewġ Epistoli tiegħu li huma inklużi fil-Kotba Mqaddsa.

Il-Knisja Kattolika tagħlem li Pietru kien l-ewwel Papa u għalhekk jien staqsejt ftit mistoqsijiet li jitfgħu ftit dawl fuq it-teoloġija u fuq it-tagħlim ta' kif il-Knisja għanda tinbena. It-tweġibiet kolla ġejjien mil-kitbiet u mil-priedki ta' San Pietru. Hija t-talba tiegħi għal dawk li ġew mifdija bil-Verita li jaqsmu dawn il-veritajiet glorjużi ma ħbieb u maħbubin Kattoliċi.

Pietru, int kont l-ewwel Papa u r-ras suprema fl-ewwel knisja?
Nitlob lill-presbiteri li hemm fostkom, bħala presbiteru jien ukoll....billi tkunu eżempju tal-merħla. (1 Pietru 5:1-3)

Inti l-blata li fuqa Ġesu jibni l-Knisja tiegħu?
Ġesu "hu dik il-ġebla ħajja magħżula minn Alla bħala ġebla għażiża...li kienet imwarrba mill-bennejja u saret il-ġebla tax-xewka, ġebla ta' tiġrif u tfixkil. Tfixklu dawk li ma qagħdux għall-Kelma ta' Alla. (1 Pietru. 2:4,7-8)

Int kont infallibli?
San Pawl stess waqafli f'wiċċi, għaliex kelli tort u ma kontx qed nimxi pass pass mall-verita tal-Vanġelu. (Gal. 2:11,14)

Għandna nqerru d-dnubijiet tagħna għand qassis?
Indem minn dan il-ħażen tiegħek, u itlob lill-Mulej biex jaħfirlek; (Atti:8:22)

 Għandna nitolbu lil Marija Omm Ġesu u lil qaddisin?
Itlob lil Alla (Atti:8:22)

Jista xi ħadd issalva jekk mhux b'Ġesu Kristu biss?
"F'ħadd ħlief f'Ġesu ma hemm salvazzjoni, għax imkien taħt is-sema ma hemm isem ieħor mogħti lill-bnedmin li bih aħna għandna nkunu salvi." (Atti 4:12)

Xi tgħid lil Papa Franċisku li jgħallem li l-atew, dawk li ma jemmnux b'Alla, jistgħu jimxu wara l-kuxjenza tagħhom u jmorru l-Ġenna?
"Dehru wkoll profeti foloz fost il- poplu, kif għad ikun hemm għalliema foloz fostkom. Dawn idaħħlu firdiet, li jġibu l-qerda, sa jaslu biex jiċħdu s-Sid li għalih kisibhom u malajr iġibu l-qerda fuqhom infushom." "Dawk li ma jifhmux u li m'humiex sħaħ biżżejjed ifissru l-ittri ta' San Pawl ħażin għat-telfien tagħhom stess; hekk jagħmlu wkoll mill-kotba l-oħra ta' l-Iskrittura. (2 Pietru 2:1; 3:16)

Jista xi ħadd ikun żgur li huma wirtu l-ħajja ta' dejjem?
Alla għamel li min jemmen irid ikun imwieled mil-ġdid għal tama ħajja bil-qawmien ta' Ġesù Kristu mill-imwiet u għal wirt li la jitħassar, la jittabba', u lanqas jinxef. Dan il-wirt hu merfugħ għalikom fis-sema għax intom tinsabu taħt il-ħarsien tal-qawwa ta' Alla fil-fidi tagħkom.
(1 Pietru 1:3-5)

Huwa possibli li l-grazzja ta' Alla jew bl-indulġenzi jiġu mixtrija biex jinħafru tad-dnubiet?
Alla fdiena "mhux b'xi ħaġa li tintemm, bħalma hi l-fidda jew id-deheb, imma bid-demm għażiż ta' Kristu." (1 Pietru. 1:18-19)

Jista bniedem jittwieled mill-ġdid billi jitgħammed bl-ilma?
L-uniku mezz li tista tibda li "titwieldu mill-ġdid, mhux minn nisel li jitħassar, imma minn nisel li ma jitħassarx, hu bis-saħħa tal-kelma ta' Alla li tgħix u tibqa' għal dejjem." (1 Pietru. 1:23)

Ġesu Kristu għandu jkun offerta tad-dnub waqt kull sagrifiċju tal-quddies?
"Kristu wkoll miet darba għal dejjem minħabba d-dnubiet; hu li kien ġust, miet għall-inġusti biex iressaqkhom lejn Alla; kien mogħti l-mewt fil-ġisem, imma ħa l-ħajja fl-ispirtu" (1 Pietru 3:18)

Il-qassis Kattoliku huwa neċċessarju biex jkun medjatur bejn Alla u l-bniedem?

Kull minn jemmen huwa ġens maħtur, saċerdozju rjali, nazzjon qaddis, poplu li Alla kiseb għalih, biex ixxandru t-tifħir ta' dak li sejjħilkhom mid-dlam għad-dawl tiegħu ta' l-għaġeb. (1 Pietru 2:9).

Għana nibqgħu nuru lil Ġesu mejjet fuq is-salib jew tarbija f'idejn Ommu Marija?
Ġesù Kristu li qam mil-imwiet, li tela' s-sema u qiegħed fuq il-lemin ta' Alla u għandu taħtu s-setgħat u l-qawwiet ta' l-anġli. (1 Pietru 3:21-22).

X'għana nagħmlu f'dawn iż-żminijiet ta' qerq kbir?
Għassu sewwa li ma tisfawx maħkuma mill-iżbalji ta' dawn in-nies bla rażan u taqgħu mnejn tinsabu fis-sod. Ikbru fil-grazzja u fl-għarfien ta' Sidna u s-Salvatur tagħna Ġesù Kristu. (2 Pietru 3:17-18)

Kif jidher ċar, li hu kbir il-kuntrast bejn it-tagħlim ispirat u divin ta' San Pietru u l-opinjonijiet li żgur li mhux ġejjin minn Alla li jgħallem Papa Franċisku. Id-differenza enormi bejn l-istruzzjoni ta 'dawn iż-żewġ irġiel li l-Kattoliċi ssejħu 'Papa' turi kemm il-Knisja Kattolika Rumana ma hiex issegwi l-fidi ta' l-Appostli.

Nitolbok Mulej li tagħti lilna lkoll kompassjoni akbar għall-ħafna vittmi ta' qerq reliġjuż.

By Minister Mario Debono 

"Din hi t-tielet darba li ġej għandkom. Fuq il-kelma ta’ żewġ xhieda jew tlieta titwettaq kull kelma."

2 Korintin 13:1

Address

River of Love Christian Fellowship, Gondolier, Tarxien Road, Għaxaq, GXQ 2902, Malta, (EU)

Phone

Mobile: +356 9923 9132
Phone: +356 2748 3748

E-mail

info@riveroflovemalta.org

Proclaiming A Living Christ To A Hurting World!

© Copyright 2025 - River Of Love Christian Fellowship - All Rights Reserved

We use cookies to give you the best experience. Read our cookie policy.