TALBA TA' PROTEZZJONI U TA' KONSAGGRAZZJONI
Itlob Hekk:
Oh Missier Etern, minn qalbi niġi għandek f'isem Ibnek l-għaziz Ġesu Kristu. Naf li skond ma twegħdni Int stess, dejjem tismani meta nitlob u niġi għandek f'isem Ġesu Kristu (Ara Ġwanni 14-15).
Niddikjara minn qalbi li Ġesu Huwa l-uniku Iben Etern t'Alla. Ġesu Hu Is-Sid u l-Mulej ta' ħajti u Hu biss, is-salvazzjoni tiegħi.
Mulej id-dawl u s-salvazzjoni tiegħi; minn min għandi nibża? Il-Mulej Hu l-kenn tiegħi; quddiem min għandi nitwerwer? Isem il-Mulej Hu torri qawwi; fih nistkenn b'moħħi mistrieħ għax jien ta' Ġesu Kristu (Ara Salmi 27, Salmi 91, Proverbi 18:10).
Għaziz Mulej jien minn qalbi ngħolli u nfaħħar ismek u niddikjara li Ġesu Hu l-isem fuq kull isem. (Ara Atti 4:24-26). Nikkonsagra moħħi, ħsibijieti, ġismi u ruħi lil Kristu Ġesu l-Iben t'Alla l-Ħaj. Niddedika lili nnifsi kompletament, spiritwalment, mentalment u fizikament lil Missier Etern f'isem Ġesu Kristu. Nindem minn kull dnub li hemm jew jistgħu jezistu f'ħajti, kemm dak li jien konxju tiegħu u kemm ukoll dak li jien minix konxju tiegħu (Ara Lhud 9:7). Minn qalbi naħfer lil kull min għamilli d-deni f'ħajti u b'mod partikolari naħfer minn qalbi lil___________ (jekk hemm persuna li l-Ispirtu s-Santu qiegħed iġiblek f'moħħok issa stess semmi ismu jew isimha u poġġieħ/poġġiha quddiem il-Mulej li int ħfirt minn qalbek. Ara Mattew 6:12-15, Mattew 18:21-35).
Għaziz Missier grazzi talli smajt it-talba tiegħi u jien issa stess protett u kkonsagrat lil Ġesu Kristu. Id-demm potenzjuż u prezjuż ta' Sidi Ġesu jipproteġini u jattini minn kull pjan tax-xitan li jipprova jġib kontrijja. L-ebda arma msawwra kontrijja ma tirnexxi f'isem Ġesu Kristu (Ara Isaija 54:17, Apokalissi12:11-12).
Berikni Mulej u bierek lil kull min b'xi mod jew ieħor għamilli d-deni. Bierek Mulej lil ____________________ (itolb għal dik il-persuna li għadek kif ħfirt minn qalbek u itlob lil Alla dejjem f'isem BISS ta' Ġesu Kristu, biex iberika, biex bħalma l-Mulej ħenn għalik, din il-persuna ukoll tiskopri l-imħabba u l-ħniena ta' Kristu għaliha nnifisha. Wara kollox ix-xitan irid jaħkem fuq in-nies biex jagħmihom u jingannhom u jużhom. Ara 2 Korintin 4:3-4, 1Ġwanni 5:19, Apokalissi12:9).
Nirringrazzjak Mulej li Inti tagħjtni awtorita u qawwa fuq ix-xitan u l-opri kollha tiegħu fi Kristu u bil-qawwa ta' l-isem ta' Ġesu (Ara Luqa 9:1-2, Luqa 10:1-2,17-21, Mark 16: 15-20, Ġwanni 14:12-13). Grazzi Mulej li Ikbar Huwa Ġesu li jgħix ġo fijja minn dak li jgħix fid-dinja - ix-xitan.
Jien noħroġ dejjem rebbieħ f'Ġesu Kristu fuq ix-xitan u l-opri kollha tiegħu, għal glorja tiegħek Mulej, Amen (Ara 1Ġwanni 4:4-5/5:4-5).
By Senior Pastor
Dr. Gordon-John Manche' - B.A. M.Th, D.Min
"U huma ħarġu rebbieħa fuqu permezz tad-demm tal-Ħaruf u bis-saħħa tal-kelma li xehdu, u ma għożżewx ħajjithom, minkejja saħansitra l-mewt."
Apokalissi 12:11
Proclaiming A Living Christ To A Hurting World!
© Copyright 2025 - River Of Love Christian Fellowship - All Rights Reserved