1. X'jiswielek li int avukat jekk wara mewtek ma tistax tiddefendi l-kawża tiegħek?
2. X'jiswielek li inti għandek bosta ħbieb, jekk wara mewtek kollha jinsewk?
3. X'jiswielek li inti arluġġar, jekk wara mewtek ma tkunx tista' tmexxi "l quddiem jew lura, mqar għal seconda waħda, l-arloġġ ta' l-eternita`?
4. X'jiswielek li inti bennej tajjeb, jekk wara mewtek ma tkunx kapaċi tneħħi minn fuqek dawk l-erba` xorok li jkunu jgħattuk?
5. X'jiswielek li inti għandek persuntek sabiħa, jekk wara mewtek issir tant ikraħ li jfittxu jaħbuk fit-trab?
6. X'jiswielek li inti għandek flus kemm trid, jekk wara mewtek ma` tkunx tista ssarrafhom fil-Bank Tal-Ġenna?
7. X'jiswielek li inti għandek xagħrek sabiħ u tissetjaħ ta` spiss, jekk wara mewtek , u forsi qabel ukoll, jaqgħalek kollu?
8. X'jiswielek li inti nobbli u għani, jekk wara mewtek tindifen bħal min hu fqir u għadmek jitħallat min jaf ma` ta` min?
9. X'jiswielek li int tabib, jekk wara mewtek ma tkunx kapaċi trodd is-saħħa lilek innifsek?
10. X'jiswielek li int għandek pożizzjoni għolja fid-dinja, jekk wara mewtek trid tidher quddiem Alla li quddiemu m'hemmx rispett ta` persuni u jkollok twieġeb għal kull għemil tiegħek?
11. X'jiswielek li inti nutar tajjeb, jekk ma tistax tagħmel kuntratt biex wara mewtek tmur il-ġenna żgur?
12. X'jiswielek li inti tikkmanda u tbeżża "l kullħadd, jekk wara mewtek ma tkunx kapaċi tikkmanda d-dud li jkun għaddej minn fuqek?
13. X'jiswielek li inti għandek vista tajba, jekk wara mewtek ma jirrnexxilekx tara l-ġmiel tal-ġenna?
14. X'jiswielek li inti tgħammar f'dar kbira u komda minn kollox, jekk wara mewtek ikollok tikkuntenta li toqgħod f'qabar ta` sitt piedi tul u xi tnejn u nofs wiesgħa?
15. X'jiswielek li inti dejjem tixxala u tiddeverti, jekk wara mewtek ikollok tibqa dejjem f'pożizzjoni waħda?
16. X'jiswielek li inti tilbes ilbies sabiħ u li jqum flejjes kbar, jekk wara mewtek ma jkollok xejn ħlif duħħan?
17. X'jiswielek li inti maġistrat jekk wara mewtek ikollok toqgħod għas-sentenza ta` Dak li ebda bniedem, ħaj jew mejjet ma jgħaddiha lixxa miegħu?
18. X'jiswielek li inti mużiċista jew tħobb ħafna l-kant, jekk wara mewtek ma jirrnexxilekx tisma` l-kant ta` l-anġli u forsi jkollok tisma` minflok biki u twerżieq?
19. X'jiswielek li fid-dinja tgawdi fama tajba, jekk wara mewtek issib li għandek fama ħażina quddiem min ħalqek?
20. X'jiswielek li int irnexxielek iddawwar lil bosta għat-triq it-tajba, jekk wara mewtek ma jirnexxilekx issalva int?
21. X'jiswielek li inti negozjant tajjeb, jekk wara mewtek issib li ż-żmien li kellek fid-dinja ma ħaddimtux tajjeb u ma ħallilekx qlieħ għal ruħek?
22. X'jiswielek li inti kull fejn tmur tiġi milqugħ minn nies bl-akbar unuri, jekk wara mewtek ma jirrnexxilekx tiġi milqugħ minn Ġesu li mingħajru ma hemmx salvazzjoni?
23. X'jiswielek li inti taqra jew tisma dan kollu u ma tirriflettix u tiddeċiedi ISSA stess li tbiddel ħajtek?
"Għax x'jiswielu l-bniedem li jikseb id-dinja kollha u mbagħad jintilef jew jinqered? Xi prezz jista` jagħti l-bniedem biex isalva ħajtu? Għax jekk xi ħadd jistħi minni u minn kliemi, Bin il-bniedem ukoll jistħi minnu meta jiġi fil-glorja tiegħu u tal-Missier u ta` l-anġli mqaddsa". Luqa 9:25-26. Mark 8:35-38"F'ħadd ħliefu ma hemm salvazzjoni, għax imkien taħt is-sema ma hemm isem ieħor mogħti lill-bnedmin li bih aħna nkunu salvi...dan huwa Ġesu Kristu" Atti 4:12.
Miktub minn Elaine Muscat (River of Love-Malta. Awissu 2009)