F'l-esperjenza tiegħi ftit li xejn iltqajt ma nies li ma semgħux b'Ġesu’ Kristu. Xi ħaġa oħra wkoll, hija, li ftit jew xejn li f'ħajti sibt lil min ma jaqbilx li jekk hemm isem fl-istorja tal-bniedem li żgur instema ma l-erbat irjiħat tad-dinja, huwa l-isem ta' Ġesu’ Kristu.

Ħafna jaqblu li dan l-isem iġib miegħu ċertu "agħa' minħabba il-grandezza li għandu dan l-isem iktar minn ħafna oħrajn.
Dan huwa spjegat ċar u bir-reqqa minn dawk ta' madwar il-ħajja ta' Ġesu’ li wkoll għexu miegħu u taw xiegħda ta' dak li Hu għamel, qal u dak kollu li Hu kien.

Il-Kelma t'Alla, il-Bibbja tigħdilna li fuq dan l-isem ma hemm l-ebda isem iehor u iktar qawwi minnhu kemm fid-dinja u anke fis-sema.
Ejjew naraw xi tgħid il-Kelma Mqaddsa fuq Ġesu’.

Il-għala Ġesu’?

Il-Missier Alla jgħolli lil-Ġesu’!

Alla "l-Missier jgħidilna biex nisimgħu lilhu. Tant hu hekk, li min jixtieq jgħaddi għal għand Il-Missier Etern irid l-ewwel jgħaddi għand Ibnu Ġesu’. Dan jixhed il-Missier fuq Ġesu’!

Luqa 9:35, "U minn ġo s-sħaba nstama' leħen jgħid:
"Dan Hu Ibni l-maħtur, lilu isimgħu!'"
(Ara wkoll Lhud 5:5, Atti 13:33).

Fil-passaġġ li dan il-kliem intqal, kien meta Ġesu’ kien ma' Mose' u ma' Elija fuq il-muntanja tat-trasfigurazzjoni. Mose' kien qed jirripresenta il-Ligi u Elija kien qiegħed jirripresenta lil Profeti. It-tnejn ġew qabel Ġesu’ biex iħejju t-triq għal Mulej u biex jippuntawna lejh. Dan qalu Ġesu’ wkoll ta' spiss meta ikkwota u semma li kemm il-Ligi u kemm il-Profeti jgħatu xiegħda tiegħu. (Ara Luqa 24:44, Gwanni 1:45, Acts 24:14, Acts 28:23, etc).

Bla dubju ta' xejn meta nħarsu lejn il-Bibbja, Il-Missier Alla jridna li biex niġu għandu għandna nersqu lejn Ibnu Ġesu’. Huwa kien li poġġa kollox tahtu u f'idejħ. (Ara Mattew 10:40, Mattew 28:18, Luqa 10:16, Gwanni 3:35-36, Gwanni 13:3,20, 1 Korintin 15:55-57, Efesin 1:22, Lhud 2:8 etc).

Xi ħaġa li lili personali għenitni ħafna nifhem ir-rieda t'Alla fil-ħajja tiegħi u anke biex nifhem aħjar jekk xi ħaġa f'ħajti hijiex ġejja minn Alla jew le, nħares lejn Ġesu’ Kristu u nara jekk Hu qattx għamila meta kien fuq din id-dinja. Jekk le, malajr ninduna li dak li nkun għaddej minnu jkunx ġej minn Alla. Għaliex? Għax Ġesu’ huwa ir-rapresentazzjoni u x-xbieha eżatta tal-Missier! Minn ra lil Ġesu’ jkun ra lil Alla u minn jemmen lilu jkun qiegħed jemmen lil Alla. (Ara Lhud 1:3, Gwanni 10:30, Gwanni 14:6-11).

Maria tgħolli lil-Ġesu’!

Jekk fil-Bibbja tissemma mara ta' min jimxi fuq l-ezempju tagħha hija żgur Maria, l-omm għaziza ta' Ġesu’ Kristu. Alla l-Missier Etern sejħilha u qadet għar rieda tal-Missier biex tkun omm Ġesu’ ta' Nazaret (Luqa 1:26-38). Hi emmnet u laqgħet l-istedina ta l-anġlu Gabrijel li ħabbrilha, li hi kienet magħazula u permezz tal-fidi tagħha hi giet meqjusa "imbierka' fost in-nisa (Luqa 1:45). B'qalb ta' umilta u mħabba lejn il-Mulej hi wkoll kienet taf li dak li hi kienet sa twelled kien Mexxej Kbir (Isaija 9:6)

Ġej minn Alla u għalhekk hi stess ma ħafna oħrajn olliet lil Ġesu’' u "gglorifikat lil Alla s-Salvatur tagħha, li mhux biss kien imbierek fost il-bnedmin kollha imma mbierek FUQ il-bnedmin kollha; FUQ kollox u FUQ kull isem (Filippin 1:9). Hi stess mal-qaddsin kollha tgħidilna li aħna għandna nduru b'qalbna kollha lejn Ġesu’ Kristu, l-uniku Salvatur ta' ruħna. Lil-Maria nistgħu nsejhula l-ewwel Kristjana li mxiet wara Kristu għax Hi infatti kienet l-ewwel waħda li laqatu bħala Sida u s-Salvatur tagħha. F'l-Iskrittura, fil-Bibbja, narawha togħlli leħina u tfaħħar lill-Mulej bħal ma għamel Il-Missier Etern. Hi wkoll għolliet lill-Mulej u tagħt qima u glorja lilu fuq kollox u fuq kulħadd, inkluz, fuqha innifisa! Ezmpju ta' min isegwiħ!

Sahansitra fit-tieg ta' Kana hi b'l-istess atitudini qalet lil qaddejja, "Għamlu kull ma jigħdilkom Hu". Kwazi kwazi hawnhekk qiegħdin naraw l-istess kliem tal-Missier li nstemhu fuq il-muntanja tat-trasfigurazzjoni irrepetut, fejn bħal ma diga' għedna qabel, qal, "Isimhu Lilu (Lil Ġesu’)".

"Illum ukoll hi tgħidilna bħala qaddejja u dixxipli ta' Ġesu’': "Agħmlu kull ma jigħidilkom Hu" Gwanni 2:5.

"Mbagħad qalet Maria: "Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej," Luqa 1:46-47.

Kliem Ġesu’ stess:

"Huwa u jgħid dan, kien hemm waħda mara li għolliet leħinha minn qalb il-folla u qaltlu: "Ħieni l-ġuf li ġiebek u s-sider li rdajt. Imma Hu qal: Iva, imma AKTAR imberkin dawk li jisimgħu l-Kelma t'Alla, u jħarsuha" Luqa 11:27-28.

L-Appostli jogħllu lil-Ġesu’!

L-Epistoli ta’ San Pawl, San Gwann, San Pietru, San Ġuda u l-Atti ta' l-Appostli huma kollha mimlijien b'tagħlim li min jaqraħ u jsegwieħ ma jista jispicca imkien ieħor hlief dirett fi ħdan Ġesu’ Kristu, L-Iben t'Alla l-ħaj! Jekk il-Kelma t'Alla tinqara bin-nifs-ispirazzjoni ta' l-Ispirtu s-Santu mal-ewwel wieħed jinduna li dawn l-Appostli u Dixxipli kienu kollha immersi fi Kristu u qatt ma fiċċew li jieħdu xi glorja huma għalihom infushom imma li dejjem jippuntaw lil dawk kredenti lejn Ġesu’ Kristu li permezz tiegħu huma kienu ġew salvati u maħsulin f'demmu (Ara Atti 14:13-15, Revelazzjoni 1:5). Il-Ministeru tagħhom kien dejjem li aħna nitħabbu m'Alla l-Missier permezz ta' Kristu Ġesu’ (2 Korintin 5:16-21) u l-ħidma ta' l-Ispirtu s-Santu.(Aqra Atti 14:8-18)

X'jigħdilna San Pawl l-Appostlu!

San Pawl, li aħna l-Maltin għandna l-unur ngħidu li ġie fi gziritna ħallilna wirt kbir fejn aħna nkunu nafu sewwa dak li hu stess ġie jippritkalna u x'tip ta' messaġġ ħallilna. San Pawl kiteb il-maġġoranza ta' l-ittri jew kif ħafna jsejhulhom, Epistoli, li jinsabu fil-Bibbja. Ta' min, bħala Maltin veru niskopru x'inhu dan il-messaġġ li ġie fi xtutna ma l-għelfejn sena ilu!

"Meta in-nies ta' Listra raw il-mirakli li Alla għamel permezz tagħhom, dawn bdew iġibhulhom l-offerti u bdew ifaħħruhom u "malli semgħu b'dan, l-appostli Barnaba u Pawlu ċarrtu lbieshom, resqu malajr lejn il-ġemgħa, u bdew jgħajjtu u jgħidu: ħbieb, hemm x'intom tagħmlu? Aħna wkoll bnedmin, ngħixu nħossu bhalkom,bnedmin li ġejna nħabbrulkom l-Evanġelju biex tħallu dawn l-idoli fiergħa u dduru lejn Alla l-ħaj, li għamel is-sema u l-art u l-baħar u kull ma fihom" Atti 14:8-20.

"Għax wiehed Hu Alla, u wieħed Hu l-medjatur bejn Alla u l-bniedem, il-Bniedem Kristu Ġesu’" 1 Timotju 2:5.

"Issa li aħna ġġustifikati bil-fidi, għandna s-Sliem ma' Alla permezz ta' Sidna Ġesu’ Kristu" Rumani 5:1.

"Kristu Ġesu’ li miet, jew aħjar, li qam mill-imwiet, jinsab fuq il-lemin ta' Alla, Hu li jidħol għalina" Rumani 8:34.

Kristu Ġesu’ huwa "il fuq minn kull Saltna u Setgħa, minn kull Qawwa u ħakma,'il fuq minn kull isem li jissemma, mhux biss għaz-żmien ta' issa, imma wkoll għal li ġej. Iva, qiegħed kollox taħt riġlejħ, u għamlu Ras fuq il-Knisja kollha, li hi ġismu (il-kristjani kollha ta' madwar id-dinja kollha u ta' kull żmien), il-milja ta' dak li jimla kollox f'kollox" Efesin 1:21-22.

X' jigħdilna San Pietru l-Appostlu!

L-Appostlu San Pietru li kien wiehed mill-mexxejja tal-knisja Kristjana tal-bidu, kien dejjem jippridka lil Kristu u s-salvazzjoni permezz tiegħu. Il-messaggi tiegħu kienu dejjem li dawk kollha li jircievu L-Fidi, għandhom dejjem imorru dirett għand Alla "l-Missier permezz ta' Ġesu’ Kristu u jgħatu qima u glorja dejjem Lilu.

"X'hin dahal Pietru, Kornelju mar jilqgħu u ntefa' f'riglejh jagħtih qima. Imma Pietru qajjmu u qallu: "Qum. Jien bniedem ukoll'" Atti 10: 25-26.

"Ersqu, mela, lejh, li Hu dik il-gebla hajja li kienet imwarrba mill-bennejja, imma magħzula minn Alla bhala gebla għaziza" 1 Pietru 2:4.

"Aħna ma konniex qegħdin nibnu fuq ħrejjef maħluqa minn moħħna meta għarrafnielkom dwar il-qawwa ta' Sidna Ġesu’ Kristu u dwar il-miġja tiegħu. Rajna b'għajnejna ahna stess il-kobor tiegħu meta hu ħa mingħand Alla l-Missier gieħ u sebħ, u leħen mit-Tron Glorjuz instema' jgħid għalih: "Dan Hu Ibni, l-għażiż tiegħi, Ii bih Jien nitaxxaq" 2 Pietru 1:16.

"Ikbru fil-grazzja u fl-għarfien ta' Sidna u s-Salvatur tagħna Ġesu’ Kristu. Lilu glorja issa u għal dejjem" 2 Pietru 3:18.

X'jigħdilna San Gwann l-Appostlu!

Bla Budju ix-xiegħda ta' San Gwann kienet u dejjem tibqa li kull min jaqra il-Kelma t'Alla jersaq lejn Ġesu’ Kristu u li jkun jafuh wkoll bħala Alla sidhom. Dan it-tielet persuna li qiegħedin naraw ukoll ta x-xiegħda tiegħu biex kull min isejjaħ lilu nnifsu Kristjan dejjem jgħati glorja u qima lil Ġesu’. L-appostlu San Gwann hu ta sikwiet meqjus "dak li Ġesu’ kien ihobb' (Gwanni 21:20).

"Qegħdin inxandrulkom dak li ahna rajna u smajna, biex intom tissiebhu magħna, u l-għaqda tagħna tkun mal-Missier u ma' Ibnu Ġesu’' Kristu" 1 Gwanni 1:3.

"Uliedi, dan qiegħed niktibhulkom biex ma tidinbux; imma jekk xi hadd jidneb, ahna għandna Difensur quddiem il-Missier, lil Ġesu’' Kristu, il-gust" 1 Gwanni 2:1.

"Min hu l-giddieb jekk mhux min jichad li Ġesu’' Hu l-Messija? Dan hu l-antikrist, li jichad lill-Missier u lill-Iben" 1 Gwanni 2:22.

"L-ispirtu ta' Alla tagħrfuh b'dan: kull spirtu, li jistqarr li Ġesu’' Kristu sar bniedem, hu minn Alla. U kull spirtu, li ma jistqarrx lil Ġesu’', m'huwiex minn Alla; dan hu l-ispirtu ta' l-antikrist, li intom smajtu li għandu jigi, anzi minn issa stess ga qiegħed fid-dinja" 1 Gwanni 4:2-3.

"Imma nafu wkoll li l-Iben ta' Alla gie u tana d-dehen biex nagħrfu "l Alla l-veru. U ahna ninsabu f'Alla l-veru, f'Ibnu Ġesu’' Kristu. Dan Hu Alla l-Veru, u l-Hajja ta' dejjem" (1 Gwanni 5:20).

"Jiena huwa l-"Alfa' u l-"Omega', jgħid il-Mulej Alla, li hu, u li kien, u li għad irid jigi, Dak li jista' kollox. Tibzax; jien hu l-Ewwel u l-Ahhar, jiena l-Haj; jien kont mejjet, u ara jien issa haj għal dejjem ta' dejjem, u għandi jinsabu l-imfietah tal-Mewt u ta' Post il-Mejtin" (Revelazzjoni 1: 8, 18).

L-Ispirtu s-Santu jgħolli DEJJEM lil Ġesu’ Kristu!

Jekk hemm persuna li l-poplu t'Alla jrid isir jaf iktar Huwa żgur l-Ispirtu s-Santu. Il-Persuna ta' l-Ispirtu s-Santu hija peruna qaddisa u għalhekk aħna nsejħulu "Santu', Iġifieri qaddis. Dan Hu dak li bħal Missier u Ġesu’ kien involut fil-kreazzjoni tad-dinja (Ġenesi 1:2). Xi ħaġa ta' l-għaġeb ukoll hi, li l-Ispirtu s-Santu qatt ma jiġi jieħu Hu l-qima u "l-glorja. Il-glorja dejjem jagħatiha lill-Mulej Ġesu’! Jekk tassew tħalli lilu jmexxik, Hu ha jmexxik fi ħdan "l-Għarus tal-Knisja', Ġesu’ Kristu! (Gwanni 16:14, Apokalissi 22:17)

Il-Missjoni Tiegħu hija nfatti li jiftħilna għajnejna ħalli nagħarfuh sewwa u dejjem iktar! (1 Korintin 1:10-14, Efesin 1: 17-18)

Hu wkoll dak li "spira lill-kittieba tal-Bibbja biex jiktbu dak li gie miktub (2 Pietru 1:20-21).

Hu wkoll dik il-Presuna għażiża li Ġesu’ ħallilna wara li Hu kien tela fis-smewwiet hdejn Il-Missier. (Gwanni 16:5-13).

Huwa dak li Ġesu’ ħallilna biex imexxi il-poplu t'Alla. (Atti 20:28).

Huwa dak li jigi jgħix go fina meta ahna naccettaw lil Ġesu’ bħala Sidna u s-Salvatur tagħna. (1 Korintin 3:16, 1 Korintin 6:19-20).

Huwa dak li jagħtina qawwa u jifrex fil-poplu qaddis doni biex il-Knisja tikber matura fl-għarfien ta' min Hu tassew Ġesu’. (Atti 1:8, Efesin 4:11-14, 1 Korintin 12).

Hu dejjem jagħti glorja biss lil isem ta' Ġesu’ u ebda isem ieħor. Għalina, Hu jrid li Ġesu’ jkun mhux biss l-ewwel wieħed li nitolbu u naduraw, imma l-uniku wieħed! Jekk hemm xi ħadd li żgur nistgħu nafdaw fuqu, Huwa żgur l-Ispirtu s-Santu,għax Huwa l-Ispirtu tal-Verita’. (Gwanni 14:15-17)

Ġesu’ qalilna lil min kien se jibgħatilna warajħ,u dan huwa bla dubju il-Persuna ta' l-Ispirtu s-Santu. Li kieku kien hemm xi isem iehor kien jgħidilna u żgur ma kienx iħallina fil-għama, speċjalment peress li Hu stess kien ġie biex ibagħati u jmut għalina! Ġesu’ jridek għalih kompletament u totalment! Hu jrid ukoll ikun tiegħek is-Salvatur u "l-maħbub, totalment u kompletament!

"Ngħidilkom is-sewwa, jaqblilkom li jiena mmur; għaliex, jekk ma mmurx, id-Difensur ma jigix għandkom; imma jekk immur, nibgħathulkom meta jiġi Hu, l-Ispirtu tal-verita’, iwassalkom għall-verita’ kollha (Jien Hu l-Verita’: Gwanni 14:6); għaliex hu ma jgħid xejn minn tiegħu, imma jgħid dak li jisma, u jħabbrilkom il-ġejjieni. Hu jagħtini glorja (Jagħati glorja Lili), għaliex jieħu minn dak li hu tiegħi u jħabbru lilkom. Dak kollu li għandu l-Missier huwa tiegħi. Għalhekk għedt li jieħu minn dak li hu tiegħi u jħabbru lilkom" (Gwanni 16:7-15).

L-Ispirtu s-Santu u l-Għarusa jgħidu: Ejja! Apokalissi 22:17.

Category: Articles - Tag: malti