RMAI
ask us a question

eshop

nations for christ

habbejtek tv

November 2014
S M T W T F S
            1
2 3 4 5 6 7 8
9 10 11 12 13 14 15
16 17 18 19 20 21 22
23 24 25 26 27 28 29
30            

10 user(s) are online (3 user(s) are browsing Articles)
Members: 0
Guests: 10
more...
Artikli bil-Malti > Il-GĦALA ĠESU?!

Il-GĦALA ĠESU?!

Minn daqs tant nies u ismijiet fl-istorja tal-bniedem, il-ghala Gesu?

Il-Mulej, fil-grazzja li wera mieghi, taghni l-opportunita li nivjagga madwar id-dinja nxandar il-bxara t-tajba ta’ l-evangelju ma gheluf ta’ nies.

F’l-esperjenza tieghi ftit li xejn iltqajt ma nies li ma semghux b’Gesu Kristu. Xi haga ohra wkoll, hija, li ftit jew xejn li f’hajti sibt lil min ma jaqbilx li jekk hemm isem fl-istorja tal-bniedem li zgur instema ma l-erbat irjihat tad-dinja, huwa l-isem ta’ Gesu Kristu.

Hafna jaqblu li dan l-isem igib mieghu certu ‘agha’ minhabba il-grandezza li ghandu dan l-isem iktar minn hafna ohrajn.
Dan huwa spjegat car u bir-reqqa minn dawk ta’ madwar il-hajja ta’ Gesu li wkoll ghexu mieghu u taw xieghda ta’ dak li Hu ghamel, qal u dak kollu li Hu kien.

Il-Kelma t’Alla, il-Bibbja tighdilna li fuq dan l-isem ma hemm l-ebda isem iehor u iktar qawwi minnhu kemm fid-dinja u anke fis-sema.
Ejjew naraw xi tghid il-Kelma Mqaddsa fuq Gesu.

Il-ghala Gesu?

Il-Missier Alla jgholli lil-Gesu!

Alla ‘l-Missier jghidilna biex nisimghu lilhu. Tant hu hekk, li min jixtieq jghaddi ghal ghand Il-Missier Etern irid l-ewwel jghaddi ghand Ibnu Gesu. Dan jixhed il-Missier fuq Gesu!

Luqa 9:35, “U minn gos-shaba nstama’ lehen jghid:
‘Dan Hu Ibni l-mahtur, lilu isimghu!’" (Ara wkoll Lhud 5:5, Atti 13:33).

Fil-passagg li dan il-kliem intqal, kien meta Gesu kien ma’ Mose’ u ma’ Elija fuq il-muntanja tat-trasfigurazzjoni. Mose’ kien qed jirripresenta il-Ligi u Elija kien qieghed jirripresenta lil Profeti. It-tnejn gew qabel Gesu biex ihejju t-triq ghal Mulej u biex jippuntawna lejh. Dan qalu Gesu wkoll ta’ spiss meta ikkwota u semma li kemm il-Ligi u kemm il-Profeti jghatu xieghda tieghu. (Ara Luqa 24:44, Gwanni 1:45, Acts 24:14, Acts 28:23, etc…)

Bla dubju ta’ xejn meta nharsu lejn il-Bibbja, Il-Missier Alla jridna li biex nigu ghandu ghandna nersqu lejn Ibnu Gesu. Huwa kien li pogga kollox tahtu u f’idejh. (Ara Mattew 10:40, Mattew 28:18, Luqa 10:16, Gwanni 3:35-36, Gwanni 13:3,20, 1 Korintin 15:55-57, Efesin 1:22, Lhud 2:8 etc…). Xi Haga li lili personali ghenitni hafna nifhem ir-rieda t’Alla fil-hajja tieghi u anke biex nifhem ahjar jekk xi haga f’hajti hijiex gejja minn Alla jew le, nhares lejn Gesu Kristu u nara jekk Hu qattx ghamila meta kien fuq din id-dinja. Jekk le, malajr ninduna li dak li nkun ghaddej minnu jkunx gej minn Alla. Ghaliex? Ghax Gesu huwa ir-rapresentazzjoni u x-xbieha ezatta tal-Missier! Minn ra lil Gesu jkun ra lil Alla u minn jemmen lilu jkun qieghed jemmen lil Alla. (Ara Lhud 1:3, Gwanni 10:30, Gwanni 14:6-11)

Maria tgholli lil-Gesu!

Jekk fil-Bibbja tissemma mara ta’ min jimxi fuq l-ezempju taghha hija zgur Maria, l-omm ghaziza ta’ Gesu Kristu. Alla l-Missier Etern sejhilha u qadet ghar rieda tal-Missier biex tkun omm Gesu ta’ Nazaret (Luqa 1:26-38). Hi emmnet u laqghet l-istedina ta l-anglu Gabrijel li habbrilha, li hi kienet maghazula u permezz tal-fidi taghha hi giet meqjusa ‘imbierka’ fost in-niesa (Luqa 1:45). B’qalb ta’ umilta u mhabba lejn il-Mulej hi wkoll kienet taf li dak li hi kienet sa twelled kien Mexxej Kbir (Isaija 9:6) Gej minn Alla u ghalhekk hi stess ma hafna ohrajn olliet lil Gesu’ u ‘gglorifikat lil Alla s-Salvatur taghha, li mhux biss kien imbierek fost il-bnedmin kollha imma mbierek FUQ il-bnedmin kollha; FUQ kollox u FUQ kull isem (Filippin 1:9). Hi stess mal-qaddsin kollha tghidilna li ahna ghandna nduru b’qalbna kollha lejn Gesu Kristu, l-uniku Salvatur ta’ ruhna. Lil-Maria nistghu nsejhula l-ewwel Kristjana li mxiet wara Kristu ghax Hi infatti kienet l-ewwel wahda li laqatu bhala Sida u s-Salvatur taghha. F’l-Iskrittura, fil-Bibbja, narawha toghlli lehina u tfahhar lill-Mulej bhal ma ghamel Il-Missier Etern. Hi wkoll gholliet lill-Mulej u taght qima u glorja lilu fuq kollox u fuq kulhdd, inkluz, fuqha innifisa! Ezmpju ta’ min isegwih!

Sahansitra fit-tieg ta’ Kana hi b’l-istess atitudini qalet lil qaddejja, “Ghamlu kull ma jighdilkom Hu”). Kwazi kwazi hawnhekk qieghdin naraw l-istess kliem tal-Missier li nstemhu fuq il-muntanja tat-trasfigurazzjoni irrepetut, fejn bhal ma diga’ ghedna qabel, qal, “Isimhu Lilu (Lil Gesu)”.

“Illum ukoll hi tghidilna bhala qaddejja u dixxipli ta’ Gesu’: “Aghmlu kull ma jighidilkom Hu” Gwanni 2:5.

“Mbaghad qalet Maria: ‘Ruhi tfahhar il-kobor tal-Mulej," Luqa 1:46-47.

Kliem Gesu stess:

“Huwa u jghid dan, kien hemm wahda mara li gholliet lehinha minn qalb il-folla u qaltlu: “Hieni l-guf li giebek u s-sider li rdajt. Imma Hu qal: Iva, imma AKTAR imberkin dawk li jisimghu l-Kelma t'Alla, u jharsuha”Luqa 11:27-28.

L-Appostli joghllu lil-Gesu!

L-Epistoli ta San Pawl, San Gwann, San Pietru, San Guda u l-Atti ta’ l-Appostli huma kollha mimlijien b’taghlim li min jaqrah u jsegwieh ma jista jispicca imkien iehor hlief dirett fi hdan Gesu Kristu, L-Iben t’Alla l-haj! Jekk il-Kelma t’Alla tinqara bin-nifs-ispirazzjoni ta’ l-Ispirtu s-Santu mal-ewwel wiehed jinduna li dawn l-Appostli u Dixxipli kienu kollha immersi fi Kristu u qatt ma ficcew li jiehdu xi glorja huma ghalihom infushom imma li dejjem jippuntaw lil dawk kredenti lejn Gesu Kristu li permezz tieghu huma kienu gew salvati u mahsulin f’demmu (Ara Atti 14:13-15, Revelazzjoni 1:5). Il-Ministeru taghhom kien dejjem li ahna nithabbu m’Alla l-Missier permezz ta’ Kristu Gesu (2 Korintin 5:16-21) u l-hidma ta’ l-Ispirtu s-Santu.(Aqra Atti 14:8-18)

X’jighdilna San Pawl l-Appostlu!

San Pawl, li ahna l-Maltin ghandna l-unur nghidu li gie fi gziritna hallilna wirt kbir fejn ahna nkunu nafu sewwa dak li hu stess gie jippritkalna u x’tip ta’ messagg hallilna. San Pawl kiteb il-maggoranza ta’ l-ittri jew kif hafna jsejhulhom, Epistoli, li jinsabu fil-Bibbja. Ta’ min, bhala Maltin veru niskopru x’inhu dan il-messagg li gie fi xtutna ma l-Ghelfejn sena ilu!

“Meta in-nies ta’ Listra raw il-mirakli li Alla ghamel permezz taghhom, dawn bdew igibhulhom l-offerti u bdew ifahhruhom u “malli semghu b’dan, l-appostli Barnaba u Pawlu carrtu lbieshom, resqu malajr lejn il-gemgha, u bdew jghajjtu u jghidu: hbieb, hemm x’intom taghmlu? Ahna wkoll bnedmin, nghixu nhossu bhalkom,bnedmin li gejna nhabbrulkom l-Evangelju biex thallu dawn l-idoli fiergha u dduru lejn Alla l-]aj, li ghamel is-sema u l-art u l-bahar u kull ma fihom…” Atti 14:8-20.

“Gax wiehed Hu Alla, u wiehed Hu l-medjatur bejn Alla u l-bniedem, il-Bniedem Kristu Gesu” 1 Timotju 2:5.

“Issa li ahna ggustifikati bil-fidi, ghandna s-Sliem ma’ Alla permezz ta’ Sidna Gesu Kristu…” Rumani 5:1.

“…Kristu Gesu li miet, jew ahjar, li qam mill-imwiet, jinsab fuq il-lemin ta’ Alla, Hu li jidhol ghalina” Rumani 8:34.

Kristu Gesu huwa “…’il fuq minn kull Saltna u Setgha, minn kull Qawwa u hakma,’il fuq minn kull isem li jissemma, mhux biss ghaz-zmien ta’ issa, imma wkoll ghal li gej. Iva, qieghed kollox taht riglejh, u ghamlu Ras fuq il-Knisja kollha, li hi gismu (il-kristjani kollha ta’ madwar id-dinja kollha u ta’ kull zmien), il-milja ta’ dak li jimla kollox f’kollox” Efesin 1:21-22.

X’ jigdilna San Pietru l-Appostlu!

L-Appostlu San Pietru li kien wiehed mill-mexxejja tal-knisja Kristjana tal-bidu, kien dejjem jippridka lil Kristu u s-salvazzjoni permezz tieghu. Il-messaggi tieghu kienu dejjem li dawk kollha li jircievu L-Fidi, ghandhom dejjem imorru dirett ghand Alla ‘l-Missier permezz ta’ Gesu Kristu u jghatu qima u glorja dejjem Lilu.

“X'hin dahal Pietru, Kornelju mar jilqghu u ntefa’ f’riglejh jaghtih qima. Imma Pietru qajjmu u qallu: ‘Qum. Jien bniedem ukoll’” Atti 10: 25-26.

“Ersqu, mela, lejh, li Hu dik il-gebla hajja li kienet imwarrba mill-bennejja, imma maghzula minn Alla bhala gebla ghaziza” 1 Pietru 2:4.

“Ahna ma konniex qeghdin nibnu fuq hrejjef mahluqa minn mohhna meta gharrafnielkom dwar il-qawwa ta’ Sidna Gesu Kristu u dwar il-migja tieghu. Rajna b’ghajnejna ahna stess il-kobor tieghu meta hu ha minghand Alla l-Missier gieh u sebh, u lehen mit-Tron Glorjuz instema’ jghid ghalih: ‘Dan Hu Ibni, l-ghaziz tieghi, Ii bih Jien nitaxxaq” 2 Pietru 1:16.

“Ikbru fil-grazzja u fl-gharfien ta’ Sidna u s-Salvatur taghna Gesu Kristu. Lilu glorja issa u ghal dejjem” 2 Pietru 3:18.

X’jighdilna San Gwann l-Appostlu!

Bla Budju ix-xieghda ta’ San Gwann kienet u dejjem tibqa li kull min jaqra il-Kelma t’Alla jersaq lejn Gesu Kristu u li jkun jafuh wkoll b]ala Alla sidhom. Dan it-tielet persuna li qieghedin naraw ukoll ta x-xieghda tieghu biex kull min isejjah lilu nnifsu Kristjan dejjem jghati glorja u qima lil Gesu. L-appostlu San Gwann hu ta sikwiet meqjus ‘dak li Gesu kien ihobb’ (Gwanni 21:20).

“Qeghdin inxandrulkom dak li ahna rajna u smajna, biex intom tissiebhu maghna, u l-ghaqda taghna tkun mal-Missier u ma’ Ibnu Gesu’ Kristu” 1 Gwanni 1:3.

“Uliedi, dan qieghed niktibhulkom biex ma tidinbux; imma jekk xi hadd jidneb, ahna ghandna Difensur quddiem il-Missier, lil Gesu’ Kristu, il-gust” 1 Gwanni 2:1.

“Min hu l-giddieb jekk mhux min jichad li Gesu’ Hu l-Messija? Dan hu l-antikrist, li jichad lill-Missier u lill-Iben”1 Gwanni 2:22.

“L-ispirtu ta’ Alla taghrfuh b’dan: kull spirtu, li jistqarr li Gesu’ Kristu sar bniedem, hu minn Alla. U kull spirtu, li ma jistqarrx lil Gesu’, m’huwiex minn Alla; dan hu l-ispirtu ta’ l-antikrist, li intom smajtu li ghandu jigi, anzi minn issa stess ga qieghed fid-dinja” 1 Gwanni 4:2-3.

“Imma nafu wkoll li l-Iben ta’ Alla gie u tana d-dehen biex naghrfu ‘l Alla l-veru. U ahna ninsabu f’Alla l-veru, f’Ibnu Gesu’ Kristu. Dan Hu Alla l-Veru, u l-Hajja ta’ dejjem” 1 Gwanni 5:20.

“Jiena huwa l-‘Alfa’ u l-‘Omega’, jghid il-Mulej Alla, li hu, u li kien, u li ghad irid jigi, Dak li jista’ kollox…Tibzax; jien hu l-Ewwel u l-Ahhar, jiena l-Haj; jien kont mejjet, u ara jien issa haj ghal dejjem ta’ dejjem, u ghandi jinsabu l-imfietah tal-Mewt u ta’ Post il-Mejtin” Revelazzjoni 1: 8, 18.

L-Ispirtu s-Santu jgholli DEJJEM lil Gesu Kristu!

Jekk hemm persuna li l-poplu t’Alla jrid isir jaf iktar Huwa zgur l-Ispirtu s-Santu. Il-Persuna ta’ l-Ispirtu s-Santu hija peruna qaddisa u ghalhekk ahna nsejhulu ‘Santu’, igifieri qaddis. Dan Hu dak li bhal Missier u Gesu kien involut fil-kreazzjoni tad-dinja (Genesi 1:2). Xi haga ta’ l-ghageb ukoll hi, li l-Ispirtu s-Santu qatt ma jigi jiehu Hu l-qima u ‘l-glorja. Il-glorja dejjem jaghatiha lill-Mulej Gesu! Jekk tassew thalli lilu jmexxik, Hu ha jmexxik fi hdan ‘l-Gharus tal-Knisja’, Gesu Kristu! (Gwanni 16:14, Apokalissi 22:17)

Il-Missjoni Tieghu hija nfatti li jifthilna ghajnejna halli nagharfuh sewwa u dejjem iktar! (1 Korintin 1:10-14, Efesin 1: 17-18)

Hu wkoll dak li ‘spira lill-kittieba tal-Bibbja biex jiktbu dak li gie miktub (2 Pietru 1:20-21).

Hu wkoll dik il-Presuna ghaziza li Gesu hallilna wara li Hu kien tela fis-smewwiet hdejn Il-Missier. (Gwanni 16:5-13).

Huwa dak li Gesu hallilna biex imexxi il-poplu t’Alla. (Atti 20:28).
Huwa dak li jigi jghix go fina meta ahna naccettaw lil Gesu bhala Sidna u s-Salvatur taghna. (1 Korintin 3:16, 1 Korintin 6:19-20).

Huwa dak li jaghtina qawwa u jifrex fil-poplu qaddis doni biex il-Knisja tikber matura fl-gharfien ta’ min Hu tassew Gesu. (Atti 1:8, Efesin 4:11-14, 1 Korintin 12).

Hu dejjem jaghti glorja biss lil isem ta’ Gesu u ebda isem iehor. Ghalina, Hu jrid li Gesu jkun mhux biss l-ewwel wiehed li nitolbu u naduraw, imma l-uniku wiehed! Jekk hemm xi hadd li zgur nistghu nafdaw fuqu, Huwa zgur l-Ispirtu s-Santy,ghax Huwa l-Ispirtu tal-Verita. (Gwanni 14:15-17)

Gesu qalilna lil min kien se jibghatilna warajh,u dan huwa bla dubju il-Persuna ta’ l-Ispirtu s-Santu. Li kieku kien hemm xi isem iehor kien jghidilna u zgur ma kienx ihallina fil-ghama, specjalment peress li Hu stess kien gie biex ibaghati u jmut ghalina! Gesu jridek ghalih kompletament u totalment! Hu jrid ukoll ikun tieghek is-Salvatur u ‘l-mahbub, totalment u kompletament!

“…nghidilkom is-sewwa, jaqblilkom li jiena mmur; ghaliex, jekk ma mmurx, id-Difensur ma jigix ghandkom; imma jekk immur, nibghathulkom…meta jigi Hu, l-Ispirtu tal-verita, iwassalkom ghall-verita kollha (Jien Hu l-Verita: Gwanni 14:6); ghaliex hu ma jghid xejn minn tieghu, imma jghid dak li jisma, u jhabbrilkom il-gejjieni. Hu jaghtini glorja (Jaghati glorja Lili), ghaliex jiehu minn dak li hu tieghi u jhabbru lilkom. Dak kollu li g]andu l-Missier huwa tieghi. Ghalhekk ghedt li jiehu minn dak li hu tieghi u jhabbru lilkom” (Gwanni 16:7-15.

“L-Ispirtu s-Santu u l-Gharusa jghidu: “Ejja!” Apokalissi 22:17.
  View this article in PDF format Print article