Upcoming Events
Untitled Document
audio in english
audio bil-malti
Corrado Salme @ ROL

River Of Love hosted praise and worship leader Pastor Corrado Salme' a two night 'Praise and Worship Concert' on October 16th and 17th 2009.
You may visit also: www.ccgiubileo.org
VIEW PHOTO GALLERY

Subscribe to our Newsletter
Your Email:
8 user(s) are online (1 user(s) are browsing Questions & Answers)
Members: 0 - Guests: 8 more...
SmartFAQ is developed by The SmartFactory (http://www.smartfactory.ca), a division of InBox Solutions (http://www.inboxsolutions.net)

Nista nintilef jekk ma nafirx lil xi persuna?
Requested by Anonymous and Answered by Gmanche7 on 10-May-2010 00:30 (104 reads)
Jekk persuna ikollha l'Alla f'ħajjita imma tibqa ma taħfirx f'din id-dinja lil xi persuna jew oħra, hemm riskju li titlef ruħa għal kollox u tispiċċa fl-ifern, allavolja temmen u tgħix fi Kristu? Peress li Alla jgħidilna aħfru u dnubietkom jiġu maħfura. grazzi

Risposta:

Naħseb li r-risposta diġa tafa int. Sewwa għidt!
Ħafna huma dawk li meta jirrepetu t-talba tal-Missierna, ma jirrealizzawx x 'inhuma veru jgħidu. F'Mattew 6, tgħid..."Aħfrilna dnubietna BĦALL MA (aħna) NAĦFRU lil min hu ħati għalina..." (vs.12)

Mhux ċajta! Jiġifieri li jiena diġa nista nkun naf kif ser jaħfirli dnubieti? Naħseb li tajjeb noqgħodu attenti hawn! Għax kif jista Alla jaħfer lilna id-dnubiet tagħna li huma tant serji quddiemu, li bid-dnub tagħna sallabna u qtilna lil Ibnu, meta aħna ma nkunux lesti li naħfru id-dnubiet li għamel ħaddieħor lejna, li huma tant zgħar ħdejn dawk li ħafrilna Hu?

"Għax jekk intom taħfru lill-bnedmin il-ħtijiet tagħhom, Missierkom li Hu fis-smewwiet jaħfer lilkom ukoll. Imma jekk intom ma taħfrux lill-bnedmin il-ħtijiet tagħhom, anqas Missierkom ma jaħfer lilkom il-ħtijiet tagħkom"

Iva, jien ngħidlek li il-Kelma t'Alla turina ċara li jekk ma naħfrux aħna m'aħniex maħfura u b'hekk, jekk dnubietna ma jkunux maħfura, nintilfu u mmorru l-infern. Ħadd ma jista jidħol il-Ġenna b'mibgħeda u nuqqas ta maħfra ġo qalbu, u jekk int very ta Kristu, tindem immedjatament u titolbu maħra talli zammejt mibgħeda ġewwa qalbek u ma ħfirtx.

Ma jezistix bniedem li jissejjaħ ta' Kristu u fl-istess ħin jgħix f'ħajja ta' dnub, u wieħed li ma jaħfirx qiegħed jgħix fid-dnub.

Ma nitqarqux bina nfusna. Jekk ngħidu li aħna ta' Kristu irridu nobduħ bħal ma jikkmandana Hu stess. Ara Luqa 6:37, 46, Mark 11:25, Ġakbu 5:15-16.


Powered by WebRing.