Upcoming Events
Untitled Document
audio in english
audio bil-malti
Corrado Salme @ ROL

River Of Love hosted praise and worship leader Pastor Corrado Salme' a two night 'Praise and Worship Concert' on October 16th and 17th 2009.
You may visit also: www.ccgiubileo.org
VIEW PHOTO GALLERY

Subscribe to our Newsletter
Your Email:
4 user(s) are online (1 user(s) are browsing Questions & Answers)
Members: 0 - Guests: 4 more...
SmartFAQ is developed by The SmartFactory (http://www.smartfactory.ca), a division of InBox Solutions (http://www.inboxsolutions.net)

Kont abbużat sesswalment minn xi qassisin...itlob għalija!
Requested by Anonymous and Answered by Gmanche7 on 29-Jun-2010 18:02 (124 reads)
Jien raġel miżżewweġ u għandi żewġt it-tfal. Jien għext għal 15 il-sena ġo 2 stituti fejn fl-aħħar 3 snin qabel ma' għalaqt it-18 kont qedt niġi abbużat sesswalment mil-qassis li kien jieħdu (suppost) ħsiebna. Jien bqajt immur il-quddies għax nemmen f-ĠESU imma fil-qassisin m'għandix fiduċja. Issa min mindu ftaħna l'kawża qed ninnota li l-familja tiegħi qegħda titlef il-fidi specjalment it-tifla l-kbira li għanda 12. Naħseb li dan kollu tort tiegħi għax tkellimt imma min banda l-oħra ma stajtx nara aktar lil dan il-qassis mat-tfal.
Issa qed inħajjarhom biex nittendu RIVER OF LOVE għax jien raġel midneb u nixtieq li nerħġa nkun dak it-tfajjel li kont b'fidi kbira. Nispera li nigu u itlob għalina please. Mr. MAGRO
____________________________________________________________

Għażiż ħabib jiddispjaċini ħafna nisma dawn l-affarijiet u jiddispjaċini għalik u għal dawk li bħalek kienu abbbużati fi tfulithom. Bħalek, sfortunatament għawn ħafna, u ħafna aktar għad iridu jinkixku u jiġgħu fil-beraħ. Ħafna minn dawk li kienu abbużati sesswalment, sfortunatament, anke ħaduha kontra Kristu, għax mingħalihom li l-qassis Kattoliku qed jippreżent lil Kristu.

Grazzi għal Mulej, inti ma ħattiex kontra Alla u l-Mulej ipproteġġik f'qalbek, avolja sibt minn ma jistħoqqlux jissejjaħ uman imma 'mostru' li x-xitan inqgħeda bih biex itelliflek tfulitek u anke setgħa itelliflek ruħek, imma għal grazzja tal-Mulej, ma rnexxilux. Din minnha nfisha hija grazzja kbira, meta tikkonsidra!

Din hija xi ħaġa diffiċli ħafna biex tiffaċja imma għal grazzja tal-Mulej int ġejt imbierek mil-Mulej. Alla għad jużak biex dawn l-abbuzi jieqfu u li l-verita' tal-Kelma t'Alla bla kompromessi tiġi ippridkata fil-beraħ. U hekk qed jiġri...u ħa tiżdied bil-bosta!!! Li dawn l-affarijiet jiġgħu fil-beraħ tlabnieħ f’gimgħa ta’ talb u sawn, ġewwa River of Love, fil-bidu ta’ din is-sena (2010), u hekk qed jiġri. (Interessanti li ġimgħa biss wara li tlabna bħala komunita’, bdew joħorġu nies pubblikament jigħidu li ġew abbużati) Kemm Hu kbir il-Mulej. Hu Biss jistħoqqlu kull qima u glorja!

It-tagħalim tal-Bibbja qed joħroġ fil-beraħ u ħafna qed iduru lejn Kristu ħaj u bil-mijjiet u għeluf qed isiri Kristjani li jimxu mal-Bibbja.

Il-Knisja kattolika hija (f’bħal ħafna tagħlim ieħor) żbaljata ħafna fit-tagħalim li l-qassisin ma jiżżewġgħux, għax il-Kelma t’Alla tgħidilna biċ-ċar li Alla jrid li min imexxi l-Knisja t’Alla għandu jkun miżżewweġ u jaf imexxi daru sewwa biex b’hekk ikun jaf ukoll imexxi il-Knisja t’Alla. Aqra 1 Timotju 3 kollu. (Ara wkoll Mattew 8:15-17 tissemma omm IL-MARA TA PIETRU,...1 Korintin 9:5 li anke Appostli oħra kellhom il-mara tagħhom)
M’għandix dubju li ‘l-Mulej ifejjqek. Sa danit-tant, inti aħfer lil dawn li abbiżawk u itlob għal vittmi tagħhom ħalli bħalek jagħarfu li la l’-qassis kattoliku’ u lanqas ir-reliġjan ippastardjata Kattolika Rumana ma hija Kristu Ġesu u dawn m’humiex (=) ‘equals’ l-istess ħaġa! Itolb għalihom ukoll, ħalli ikollom indiema ġenwina għax hemm ċans ħafna li jistgħu iġarbu telfien f’l-abbissi ta’ l-infern għal dejjem jekk ma jitwieldux mil-ġdid (Ġwanni kap.3:1-8, kap.1:12-13, eċċ) u jiġgħu f’sensihom u jindmu tassew (aqra sewwa 2 Timotju 2:24-26), u din mhux ċajta. Anzi tal-biża u tat-twerwir ħafna ħafna. (Aqra il-għala dan jiġri: 1 Timotju 4:1-3).

Ġesu wissina, “Darba lid-dixxipli tiegħu qalilhom: ‘Ma jistax ikun li ma jingħatawx skandli; imma ħażin għalih min ikun ħtija tagħhom! Ikun aktar jaqbillu jekk (dak li jagħati l-iskandlu) jorbtulu ma’ għonqu ġebla tat-tħin u jitfgħuh il-baħar milli jagħti skandlu lil wieħed minn dawn iċ-ċkejknin.’ Oqogħdu attenti!”

Aħna għandna nħobbu lil kullħadd imma m’aħniex obligati nemmnu kollox, imma pjuttost, għandna nagħarblu kull ma’ nisimgħu u nqabbluh mal-Kelma t’Alla (1 Tessalonkin 5:21). Aħfer lil min jagħmillek id-deni, u itlob għalihom. (Mattew 6:12-15).

Imxi l-quddiem f’ħajtek u aqra l-Bibbja u ejja l-fellowship River of Love. Inti welcome u dawk kollha bħalek li ġew imwarrba minn nies li iktar begħduhom minn Alla, milli resquhom lejn il-Mulej.
Il-Mulej ifawwrek bl-imħabba tiegħu u jimlik b’imħabba għalih l-ewwel u qabel kollox u kullħadd, u jużgħak għal glorja tiegħu ħallianke dawk li weġġgħuk isiru jafu lil Kristu Divin li kapaċi jagħmel kollx sabiħ u ġdid!

“U meta tkuna weqfin titolbu, jekk ikollkom xi ħaġa kontra xi ħadd, aħfru, biex ukoll Missierkom li Hu fis-smewwiet jaħfer lilkom il-ħtijiet tagħkom”.“ Mark 11:25

Ara l-Artiklu, “Upon This Rock” http://nationsforchrist.org/nations/modules/smartsection/item.php?itemid=25
Isma “Upon This Rock”
http://nationsforchrist.org/nations/modules/debaser/player.php?id=28

Testimonies of former Catholic Priests and Nuns who came out of the Roman Catholic Church

http://www.youtube.com/watch?v=U3udJ7TlYxg&feature=related
http://www.youtube.com/watch?v=F6sq1KNZjPQ&feature=related
http://www.youtube.com/watch?v=0RcwVHbDXPc&feature=related
http://www.youtube.com/watch?v=ONr2jsyIV4M&feature=related
http://www.youtube.com/watch?v=Kn2qtpWyPEI&feature=related
http://www.youtube.com/watch?v=7NuP7vh21rE&feature=related

A Conversation Between Two former Catholic Priests
http://www.youtube.com/watch?v=tXxwAtNPvxA&feature=related

Do Catholics Dishonor the Son? John 5:22,23.
http://www.youtube.com/watch?v=erJ4MwccUXw

A Woman Rides the Beast:
http://www.youtube.com/watch?v=w5Ke7Tn3uOU


Powered by WebRing.