Upcoming Events
Untitled Document
audio in english
audio bil-malti
Corrado Salme @ ROL

River Of Love hosted praise and worship leader Pastor Corrado Salme' a two night 'Praise and Worship Concert' on October 16th and 17th 2009.
You may visit also: www.ccgiubileo.org
VIEW PHOTO GALLERY

Subscribe to our Newsletter
Your Email:
6 user(s) are online (2 user(s) are browsing Articles)
Members: 0 - Guests: 6 more...
SmartSection is developed by The SmartFactory (http://www.smartfactory.ca), a division of INBOX Solutions (http://inboxinternational.com)
Il-QAWWA TAL-KOMMITTMENT
Donnu, qisu, li ħafna għadhom ma ntebħux il-għala dawn jibqgħu jaqgħu u jfallu fil-mixja tagħhom u t-talb tagħhom jidher qisu ma jinstemax jew ma jiġix maqlugħ.

F’l-esperjenza tiegħi nista ngħid li l-ħajja Kristjana nistgħu nikkomperawa ma karozza. X’irrid infisser b’dan? Nigħdu aħna, inti tista jkollok karozza sabiħa minn barra imma jekk ma jkollokx magna xorta ma tistax taħdem. Jekk ma’ jkolliex ‘stearing’ xorta ma’ tistax issuq. Jekk ikollok stereo qawwi u magna kbira pero mingħajr roti, xorta waħda l-karozza ma` tista’ tmur imkien!

Il-ħajja tal-Kristjan hija pjuttost similari ħafna. Tista tkun taf il-Bibbja blamment. Tista jkollok fidi kbira u forsi tħobb taqra ħafna l-Bibbja imma jekk karatteristika partikolari tonqoslok – li hija parti sustanzjali fil-karattru t’Alla – il-Kristjan se jkollu xi ħaġa ‘mportanti nieqsa fil-ħajja tiegħu/tagħha.
  View this article in PDF format Print article Send article

IL-MEJDA TAL-MULEJ/TQARBIN
It-tagħlim tat-tqarbin jew kif insibuha fil-Bibbja, il-Mejda tal-Mulej huwa wieħed mit-tagħlim bażiku u anke fundementali li jissemma fil-Bibbja kollha; kemm fit-testment il-Qadim kif ukoll fit-Testment il-Ġdid.

F’Malta dan insibuħ bħala “Il-Mejda ta’ l-appostli”, jew ukoll “L-Ikla ta’ l-Għid”. Xi wħud issejjħula ukoll, “L-Ewkaristija”. Is-sinifikat eżatta tal-kelma “Ewkaristija” ifisser “Ġisem ta’ Kristu” li ġejja mil-Latin u mil-Grieg.

Xi ħaġa li għandna nkunu nafu wkoll huwa li t-Tqarbin jew Il-Mejda tal-Mulej, hija xi ħaġa li tikkonsisti parti minn dawk li fil-Bibbja jissejħu Kmandamenti ta’ Kristu. (Xi wħud isejjħulhom ’Sagramenti’) Dawn m’humiex l-istess bħall l-għaxart kmandamenti. Ġesu qalilna speċifikament, “jekk tħobbuni, żommu ‘l-kmandamenti tiegħi” Ġwanni 14:15.
  View this article in PDF format Print article Send article

Ġesu l-Uniku Medjatur
Il-Kelma t’Alla titkellem biċ-ċar fuq ir-rwol ta’ Kristu, wara li qam mil-Mewt. Ġesu ma telax is-sema u ħallina weħidna jew abbandunana. Anzi, pjuttost qalilna biċ-ċar x’kien ħa jiġri wara li kien se jitla fis-smewwiet.
Mill-bidu aħna rriru nifmhu li l-Kelma t’Alla hija u DEJJEM tibqa il-kejl tagħna, għax bħal ma naraw fil-Kelma t’Alla m’humiex tnejn imma ħaġa waħda. Ma nistgħu qatt nifirdu lil Alla minn mal-Kelma Tiegħu stess. Huwa propju għalhekk li aħna dejjem nimxu fuq dak li Alla jrid mill-poplu tiegħu b'hekk inħarsu u nimxu mal-Kelma tiegħu.
  View this article in PDF format Print article Send article

X'JISWIELEK?
1. X’jiswielek li int avukat jekk wara mewtek ma tistax tiddefendi l-kawża tiegħek?

2. X’jiswielek li inti għandek bosta ħbieb, jekk wara mewtek kollha jinsewk?

3. X’jiswielek li inti arluġġar, jekk wara mewtek ma tkunx tista’ tmexxi ‘l quddiem jew lura, mqar għal seconda waħda, l-arloġġ ta’ l-eternita`?

4. X’jiswielek li inti bennej tajjeb, jekk wara mewtek ma tkunx kapaċi tneħħi minn fuqek dawk l-erba` xorok li jkunu jgħattuk?

5. X’jiswielek li inti għandek persuntek sabiħa, jekk wara mewtek issir tant ikraħ li jfittxu jaħbuk fit-trab?
  View this article in PDF format Print article Send article

MAGĦMUDIJA TA' L-ILMA!
Meta naqraw l-Iskrittura, nindunaw li jissemmew diversi tipi ta' magħmudiji. (Lhud 6:1-2). Millinqas naraw tlieta (3) ta' importanza kbira għal fidi Kristjana;
1. Il-Magħmudija fi Kristu jew fil-Ġisem ta' Kristu (1 Korintin 12:12-20, Galatin 3:26-28)
2. Il-Magħmudija ta' l-Ispirtu s-Santu,(Atti 1:4-5 eċċ) u
3. Il-Magħmudija ta' l-Ilma (Ġwanni 4:1-2, Atti 2:41 eċċ)
  View this article in PDF format Print article Send article

Ġodda Fi Kristu
Ħafna nies, meta permezz tal-grazzja t’Alla jiġu salvati u jduru lejn Alla permezz ta’ Ġesu Kristu, ma jirrealizzawx x’miraklu kbir ikun għadu kif ġara f’ħajjithom. Ftit li xejn jirrealizzaw tassew x’wirt kbir ikunu għadhom kif wirtu spiritwalment fil-ħajja tagħhom. Dan jiġri l-mument li jkunu għadhom kif twieldu mill-ġdid. (Ġwanni 3:1-8)

Jekk tinnota sew l-iskrittura Mqaddsa tgħidilna li meta naċċettaw lil Kristu Ġesu bħala Sidna u s-Salvatur tagħna, aħna minn ġewwa ma nibqawx iktar dik l-istess persuna li konna ftit mumenti qabel. Infatti issa sirna kreatura ġdida, imwieldin mill-ġdid, sirna persuni ġodda spiritwalment (2 Korintin 5:17-18).

Ejja ngħatu ħarsa lejn il-Kelma t’Alla:
  View this article in PDF format Print article Send article

L-IMPORTANZA TAL-BIBBJA
“Jekk is-sisien jinqalbu, il-bniedem ġust x'jista' jagħmel?" Salm 11:3.

L-għan tal-Mulej Alla huwa li aħna nsiru tassew nafuħ b’mod personali fil-ħajja tagħna. Nistgħu nigħdu li lil Alla nistgħu nitgħallmu ħafna fuqu permezz tan-natura u l-ħolqien tiegħu, minn xi esperjenzi li nistgħu ngħaddu minnhom.(Ara Rumani 1:20-23)
  View this article in PDF format Print article Send article

Il-Ghala Gesu?!
Minn daqs tant nies u ismijiet fl-istorja tal-bniedem, il-ghala Gesu?

Il-Mulej, fil-grazzja li wera mieghi, taghni l-opportunita li nivjagga madwar id-dinja nxandar il-bxara t-tajba ta’ l-evangelju ma gheluf ta’ nies.
  View this article in PDF format Print article Send article

Powered by WebRing.