Upcoming Events
Untitled Document
audio in english
audio bil-malti
Corrado Salme @ ROL

River Of Love hosted praise and worship leader Pastor Corrado Salme' a two night 'Praise and Worship Concert' on October 16th and 17th 2009.
You may visit also: www.ccgiubileo.org
VIEW PHOTO GALLERY

Subscribe to our Newsletter
Your Email:
5 user(s) are online (5 user(s) are browsing Articles)
Members: 0 - Guests: 5 more...
SmartSection is developed by The SmartFactory (http://www.smartfactory.ca), a division of INBOX Solutions (http://inboxinternational.com)
Articles > Biblical Articles > Talba tas-Salvazzjoni > Talba ta' Protezzjoni u ta' Konsaggrazzjoni
Talba ta' Protezzjoni u ta' Konsaggrazzjoni
Talba ta' Protezzjoni u ta' Konsaggrazzjoni
Jekk inti xi darba kont maqbud f'xi okkult, f'xi ċirku sataniku jew qatt attendejt għand xi 'medium', clairvojant jew psychic u intbaħt li ġejt maqbud f'xi nasba tax-xitan għid din it-talba minn qalbek u ibda ħajja ġdida billi ssegwi lil Mulej Ġesu minn qalbek u OBDI lil Mulej li ħabbek b'imħabba bla qies billi żżomm il-kmandamenti tiegħu,(Ġwanni 14:14-15) aqra ta' kulljum il-Bibbja u itlob u 'tkellem miegħu fit-talb. Attendi River of Love Christian Fellowship (jew xi post bħal River of Love) biex tikber f'l-għarfien u l-qawwa ta' Kristu u l-Ispirtu s-Santu. Din hija importanti ħafna!

Talba:

Oh Missier Etern, minn qalbi niġi għandek f’isem Ibnek l-għaziz Ġesu Kristu. Naf li skond ma twegħdni Int stess, dejjem tismani meta nitlob u niġi għandek f’isem Ġesu Kristu.(Ara Ġwanni 14-15)

Niddikjara minn qalbi li Ġesu Huwa l-uniku Iben Etern t’Alla. Ġesu Hu Is-Sid u l-Mulej ta’ ħajti u Hu biss, is-salvazzjoni tiegħi. “Il-Mulej id-dawl u s-salvazzjoni tiegħi; minn min għandi nibza? Il-Mulej Hu l-kenn tiegħi; quddiem min għandi nitwerwer? Isem il-Mulej Hu torri qawwi; fih nistkenn b’moħħi mistrieħ – għax jien ta’ Ġesu Kristu.” (Ara Salmi 27, Salmi 91, Proverbi 18:10). Għaziz Mulej jien minn qalbi ngħolli u nfaħħar ismek u niddikjara li Ġesu Hu l-isem fuq kull isem. (Ara Atti 4:24-26).

Nikkonsagra moħħi, ħsibijieti, ġismi u ruħi lil Kristu Ġesu l-Iben t’Alla l-Ħaj. Niddedika lili nnifsi kompletament, spiritwalment, mentalment u fizikament lil Missier Etern f’isem Ġesu Kristu.

Nindem minn kull dnub li hemm jew jistgħu jezistu f’ħajti, kemm dak li jien konxju tiegħu u kemm ukoll dak li jien minix konxju tiegħu.(Ara Lhud 9:7) Minn qalbi naħfer lil kull min għamilli d-deni f’ħajti u b’mod partikolari naħfer minn qalbi lil___________ (jekk hemm persuna li l-Ispirtu s-Santu qiegħed iġiblek f’moħħok issa stess semmi ismu jew isimha u poġġieħ/poġġiha quddiem il-Mulej li int ħfirt minn qalbek. Ara Mattew 6:12-15, Mattew 18:21-35).

Għaziz Missier grazzi talli smajt it-talba tiegħi u jien issa stess protett u kkonsagrat lil Ġesu Kristu. Id-demm potenzjuz u prezjuz ta’ Sidi Ġesu jipproteġini u jattini minn kull pjan tax-xitan li jipprova jġib kontrijja. L-ebda arma msawwra kontrijja ma tirnexxi f’isem Ġesu Kristu. (Ara Isaija 54:17, Apokalissi12:11-12)

Berikni Mulej u bierek lil kull min b’xi mod jew ieħor għamilli d-deni. Bierek Mulej lil ____________________ (itolb għal dik il-persuna li għadek kif ħfirt minn qalbek u itlob lil Alla dejjem f’isem BISS ta’ Ġesu Kristu, biex iberika, biex bħalma l-Mulej ħenn għalik, din il-persuna ukoll tiskopri l-imħabba u l-ħniena ta’ Kristu għaliha nnifisha. Wara kollox ix-xitan irid jaħkem fuq in-nies biex jagħmihom u jinqannhom u juzhom. Ara 2 Korintin 4:3-4, 1Ġwanni 5:19, Apokalissi12:9)

Nirringrazzjak Mulej li Inti tagħjtni awtorita u qawwa fuq ix-xitan u l-opri kollha tiegħu fi Kristu u bil-qawwa ta’ l-isem ta’ Ġesu.(Ara Luqa 9:1-2, Luqa 10:1-2,17-21, Mark 16: 15-20, Ġwanni 14:12-13).

Grazzi Mulej li Ikbar Huwa Ġesu li jgħix ġo fijja minn dak li jgħix fid-dinja- ix-xitan. Jien noħroġ dejjem rebbieħ f’Ġesu Kristu fuq ix-xitan u l-opri kollha tiegħu, għal glorja tiegħek Mulej, Amen. (Ara 1Ġwanni 4:4-5/5:4-5)
  View this article in PDF format Print article Send article

Powered by WebRing.